Sunday, December 7, 2025

ĦARSA LEJN L-2024 – GĦAXAR SNIN TA’ ĦIDMA REŻILJENTI

Inkomplu nippromwovu l-logħob tal-azzard responsabbli u noffru s-sapport meħtieġ lil dawk li huma affettwati minn problemi relatati

Aqra wkoll

Minn Kayne Said, Maniġer għal Komunikazzjoni – Fondazzjoni Logħob Responsabbli – [email protected]

Is-sena 2024 kienet sena ta’ bilanċ bejn ħidma kontinwa reżiljenti u fl-istess ħin bidla għall-Fondazzjoni Logħob Responsabbli. 

Il-Fondazzjoni kkontribwixxiet b’mod sinifikanti fil-promozzjoni tal-logħob responsabbli b’kampanji medjatiċi, proġetti edukattivi fl-iskejjel u kollaborazzjonijiet ma’ Sedqa, l-MGA u s-settur privat. 

Il-verżjoni bil-Malti tal-app BetBlocker, il-parteċipazzjoni fil-Konferenza Kindred, u l-programmi CSR komplew isaħħu l-impatt fuq il-komunità. 

Aktar minn 6,000 student ingħataw taħriġ dwar logħob u logħob virtwali eċċessiv permezz tal-kollaborazzjoni mas-Sedqa, filwaqt li l-linja ta’ sapport 1777 kompliet tkun ħabel ta’ salvataġġ għal bosta. Hekk kif il-Fondazzjoni tħares lejn x’jista’ jwassal il-futur, din is-sena baqgħet impenjata li tnaqqas il-ħsara, tgħarraf, u tibni kultura ta’ logħob sikur u sostenibbli. 

Ir-Rapport jista’ jitniżżel mis-sit www.rgf.org.mt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport