Saturday, November 9, 2024

Harvest Technology plc taħtar lil Mikaela Papagiorcopulo bħala Direttur għar-Riżorsi Umani

Aqra wkoll

Harvest Technology plc ħatret lil Ms. Mikaela Papagiorcopulo bħala Direttur tar-Riżorsi Umani. Mikaela ġġib magħha sfond akkademiku u professjonali b’saħħtu b’esperjenza estensiva fejn jidħlu r-riżorsi umani.

Grazzi għall-ħidma tagħha fl-industriji tat-tekonoloġija u tal-karozzi matul l-aħħar erba’ snin, Mikaela kompliet titħarreġ u tikseb l-esperjenza fejn jidħlu employment policy u mmaniġġjar effettiv. Hi għandha wkoll il-kapaċità li toħloq inizjattivi li jwasslu għat-tisħiħ tal-profitabilità ta’ kumpanija u t-tkabbir tagħha. Dan filwaqt li tiggarantixxi li kapaċi tmexxi tim biex flimkien jikseb u jilħaq il-miri u l-għanijiet tal-kumpanija. 

Mikaela bdiet taħdem fir-riżorsi umani fi ħdan Harvest Technology lura fl-2018 bħala HR Coordinator, u wara kompliet il-karriera tagħha ma’ kumpanija fl-industrija tal-karozzi bħala HR Manager. Hi kisbet ukoll diversi kwalifiki matul is-snin li jiffukaw fuq Human Resources Management, Leadership u Employment Law.

Bħalissa hi qed issegwi kors iffukat fuq Occupational Psychology.

“Matul is-snin akkademiċi, kif ukoll permezz tal-karriera professjonali tiegħi, kelli l-opportunità li nistudja u nistinka biex inkabbar, insostni u ntejjeb ir-riżorsi umani u l-kundizzjonijiet madwarhom f’diversi kumpaniji. Ninsab verament eċitata biex nirritorna fi ħdan Harvest Technology u mmexxi d-dipartiment tar-riżorsi umani,” qalet Mikaela Papagiorcopulo.

“Ninsabu kuntenti li qed nilqgħu lura lil Mikaela fi ħdan Harvest,” qal is-CEO u CTO ta’ Harvest Dr Godwin Caruana. “Hi għandha ħafna x’tagħti lid-dipartiment tar-riżorsi umani sabiex tiżviluppa u tenforza l-għanijiet u l-istrateġiji tar-Riżorsi Umani.”

Għal aktar informazzjoni żur: https://harvest.tech/

Sport