Friday, November 22, 2024

Harvey Elliott mistenni jerġa’ jilgħab dan l-istaġun

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Liverpool Harvey Elliott mistenni jerġa’ jilgħab dan l-istaġun wara li saritlu operazzjoni b’suċċess fuq dislokazzjoni tal-għaksa tax-xellug tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena weġġa’ fir-rebħa ta’ 3-0 tal-Ħadd f’Elland Road b’injury li ħalliet lil xi wħud minn sħabu tat-team viżibbilment imnikkta wara foul li ra lil Pascal Struijk imkeċċi – tkeċċija li Leeds qed jappellaw kontriha.

Elliott għamel operazzjoni nhar it-Tlieta u sussegwentement se jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.

“Harvey ġarrab dislokazzjoni tal-għaksa tax-xellug tiegħu matul il-logħba,” qal it-tabib tal-klabb Dr Jim Moxon.

“Stajna nnaqqsu d-diżlokazzjoni immedjatament fil-ground u Harvey saritlu operazzjoni llum biex isewwi l-ksur u l-ligamenti li ġarrbu l-inċident.”

“L-operazzjoni kienet suċċess u għalhekk l-irkupru tiegħu jibda issa.”

“Aħna mhux se nagħmlu pressjoni fuqu billi nistabbilixxu qafas ta’ żmien speċifiku lil hinn milli nkunu nistgħu ngħidu b’kunfidenza meta mistenni jerġa’ lura fl-azzjoni. Aħna nistennewh jerġa’ jidher iktar tard fl-istaġun wara l-programm ta’ rijabilitazzjoni tagħna.”

L-aħbar tasal bħala waħda pożittiva għall-manager Jurgen Klopp, li kien qed jistenna aħbar tal-operazzjoni u qal li Elliott “kien fl-aħjar post possibbli. Huwa ħa u diġà aċċetta li se jkun barra għal ftit żmien”.

Sport