Saturday, November 16, 2024

“Ħasadni u tħawwadt u tbikkimt”… Il-Ministru Bartolo juri d-dieqa tiegħu għall-mewt ta’ ħabib tiegħu kaġun tal-Covid

Aqra wkoll

“Ħasadni u tħawwadt u tbikkimt.” Hekk qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo f’messaġġ fuq il-midja soċjali hekk kif wera d-dieqa tiegħu għall-mewt ta’ ħabib qrib tiegħu kaġun tal-Covid-19.

Il-Ministru Bartolo qal li kien ġie mgħarraf li l-ħabib tiegħu Victor kien jinsab l-isptar jirċievi kura għall-Covid-19 nhar id-9 ta’ Novembru li għadda. Tenna li minkejja li kien jaf li xħin se jixgħel il-mowbajl filgħodu kien se jsib messaġġ li jinformah bil-mewt tal-ħabib tiegħu, “xorta l-kliem ħasadni u tħawwadt u tbikkimt.”

Fil-messaġġ tiegħu Bartolo jirrakkonta diversi memorji li għandu għal qalbu tal-ħbiberija li kellhom li tmur lura 50 sena “minn meta waqt li kien għadni nistudja mort naħdem ir-Ramla Bay Hotel”.

“Issa strieħ Vic. Għalkemm kieku tista’ tkellimni, aktarx taħtafni għal dan il-kliem għax żgur xtaqt tgħix iżjed,” temm jgħid il-Ministru Bartolo.

Ekonomija

Sport