Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Hasan Salihamidzic saħaq li m’hemm “l-ebda verità” dwar l-allegazzjonijiet li Leroy Sane jista’ jingħaqad ma’ Manchester United qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-futur tal-player ta’ 26 sena fl-Allianz Arena ġie mqiegħed f’dubju fis-suq attwali, u rapport riċenti sostna li Manchester United kienu ħerqana li jesploraw il-possibbiltà li jġibuh f’Old Trafford.
Madankollu, meta mistoqsi dwar l-għajdut, id-direttur sportiv ta’ Bayern qal li Sane kien “player importanti” għall-club u mhux se jkun qed jingħaqad mar-Red Devils.