Saturday, November 23, 2024

“Ħassejt għafsa ta’ qalb … tarbija ta’ xahrejn li sabuha wara l-bieb u kienet tiżen biss 2 kilos’’ – Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo

Aqra wkoll

“Tiġi tara t-tfal?”  Din kienet il-mistoqsija li għamlet il-Madre tal-Ursolini, lis-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. Fi kliemu stess, ir-risposta tiegħu fil-bidu kienet li ma jurx għax iħoss għafsa ta’ qalb għax hu wkoll missier ta’ żewġ ulied. Jispjega li finalment mar u anke ta għotja personali biex iferraħ lit-tfal. 

Jispjega li ‘l-iżgħar tifla fl-istitut hi tifla ta’ xahrejn.” Jgħid li l-Madre rrakkontatlu kif din kienet tiżen biss żewġ kilos u sabuha wara l-bieb. 

“Irrealizzajt li aħna li ninsabu hawn għandna id-dmir li naħdmu għal soċjeta aktar ġusta”, iddikjara is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo fl-aġġornament fil-Parlament.

Sport