Monday, December 23, 2024

“Ħassejt li d-dinja għalija kienet spiċċat”

Aqra wkoll

Joan Dixon, omm ta’ erbat itfal, irrakkontat kif waqt li kienet għaddejja bil-ġurnata tax-xogħol normali, hija rċeviet telefonata fejn ingħatat l-aħbar li binha Kennie kien qed jilgħabha mal-mewt hekk kif sofra daqqiet bi strument bil-ponta. L-omm iddeskriviet dak il-mument li rat lil binha mitluq għall-mewt mal-art bħala mument ta’ qsim il-qalb: “Ħassejt li d-dinja għalija kienet spiċċat.” Kennie huwa l-iżgħar wild ta’ Dixon, bl-età ta’ 16-il sena.

Il-missier, Glen Carter, kien jinsab id-dar meta ngħata l-aħbar li ibnu kien jinsab ferut kantuniera biss bogħod mid-dar.

L-omm u l-missier marru minnufih fuq il-post fejn seħħ il-każ fi Stretford, Manchester. Huma kienu jinsabu beżgħana meta raw lil binhom mitluf minn sensih u ma jiħux nifs. Barra minn hekk jirrakkuntaw kif meta waslu fuq il-post sabu żewġ nisa mixħuta fuqu jagħtuh l-ewwel għajnuna. Il-missier isostni li “Ma kien hemm xejn iżjed li seta’ jsir sabiex ikunu jistgħu jsalvawlu ħajtu”.

Jidher li dakinhar tal-inċident li seħħ is-Sibt 22 ta’ Jannar, Kennie kien jinsab miexi lura d-dar meta grupp ta’ nies libsin il-barnużi u mgħammdin bil-maskri qabżu fuqu fi Stretford. Huwa ngħata daqqiet f’sidru bi strument bil-ponta u miet iktar tard l-isptar.

Il-ġenituri ddeskrivew lil binhom bħala ġuvni kwiet u bilgħaqal, u appellaw lill-pubbliku sabiex jekk hemm xi persuni li għandhom informazzjoni marbuta mal-każ, jgħadduha lill-pulizija. 

Il-pulizija arrestaw 14-il persuna żagħżugħa b’rabta ma’ dan id-delitt, bl-età tagħhom tvarja minn 12 sa 17. 

Ekonomija

Sport