“Ħassejt li kelli nimxi ma’ dak li qalbi verament kellha bżonn. Kuntenta ħafna li erġajt lura għar-rutina tiegħi għax din hija l-vera jien”. Iddikjarat dan Sabrina Grima, il-kontestanta ta’ Love Island Malta li lbieraħ ħadet id-deċiżjoni li tkun l-ewwel persuna li tħalli l-avventura.
Hija kellha kliem ta’ tifħir għal mod ta’ kif kienet organizzata l-avventura u żiedet tgħid li ma jiddispjaċiha xejn li daħlet għaliha. Qalet li sabet familja oħra fil-villa u li se tħoss in-nuqqas tal-crew li minkejja li ma jidhirx kien qiegħed jagħmel minn kollox ma’ kull kontestant.
“M’hemmx kliem biex nesprimi l-gratitudni tiegħi għall-kummenti, messaġġi u s-sapport li rċevejt. Grazzi ħafna”, temmet Sabrina.