Tuesday, November 12, 2024

“Ħassejtni qiegħda nara film” – tfajla b’sejba ta’ ittra ta’ mħabba miktuba fl-1917

Aqra wkoll

Chelsey Brown, tfajla ta’ 28 sena minn New York, l-hena tagħha żżur ħwienet tal-antikatijiet sabiex tikseb dokumenti antiki. Ladarba ssib dak li tkun xtaqet, hija tipprova tibni relazzjoni bejn id-dokumenti u l-familjari ta’ dawk in-nies li jkunu ħallew dawn id-dokumenti.

L-iktar skoperta riċenti ta’ Chelsey hija ittra miktuba fl-1917 minn ċertu William — suldat tal-Ewwel Gwerra Dinjija — lil mara bl-isem ta’ Lily, fejn William jitkellem fit-tul dwar imħabbtu lejn Lily. Chelsey tistqarr li waqt illi bdiet taqra l-ittra ħassitha qisha qiegħda tara film. 

Chelsey tistqarr li affaxxinat ruħha bil-kaligrafija sabiħa ta’ William, tant li spiċċat biex għamlet riċerka intensiva bit-tama li tiskopri jekk iż-żewġ individwi spiċċawx flimkien. It-tfajla riedet ittir bil-ferħ meta sabet rekord taċ-ċensiment tal-1930 li kien juri illi William u Lily iżżewġu u bnew familja flimkien. Għalhekk hija rat kif għamlet u kkomunikat mad-dixxendenti tagħhom u bħalissa qed tistenna li tisma’ lura mingħandhom.

Hija tesprimi l-ferħ kbir li ħasset meta skopriet li din il-koppja kellha tmiem sabiħ u ssostni li kemm ilha f’din il-linja tax-xogħol huma ftit li xejn dawk l-ittri ta’ mħabba li spiċċaw fuq nota tajba.

Ekonomija

Sport