Thursday, October 2, 2025

Ħati li hedded li se joqtol lil ibnu u lill-foster carers

Aqra wkoll

Raġel ta’ 49 sena kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li quddiem social worker, hedded li joqtol lil ibnu u lill-foster carers li qed jieħdu ħsiebu.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sarah Kathleen Grima spjegat li l-missier sar jaf li ibnu weġġa’ waqt żjara li għamel lil uliedu. Ingħad li allegatament lis-social workers beda jhedded li joqtol lil ibnu u lill-foster workers qalilhom li jekk ma jgawdix lil ibnu hu ma jgawdih ħadd.

Għall-ewwel il-missier ċaħad li hedded u insulta lis-social worker madankollu aktar tard ammetta l-akkużi quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.

Minbarra s-sentenza sospiża, il-Maġistrat Micallef Stafrace ordnat li €1,000 f’depożiti fuq ħelsien mill-arrest fuq każijiet oħra fil-Qorti jgħaddu għand il-Gvern waqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal 3 snin favur il-vittmi.

L-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit dehru għall-missier.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport