Sunday, November 24, 2024

Ħati li ta fastidju lill-ġirien billejl

Aqra wkoll

Anzjan ingħata l-libertà kkundizzjonata wara li l-Qorti sabitu ħati li ta fastidju lill-ġirien billejl permezz ta’ taħbit mal-ħajt.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat ki il-Pulizija kienu rċevew rapport mingħand koppja u anzjana fejn ilmentaw dwar anzjan li joqgħod ħdejhom.

Meta ġie mitkellem mill-Pulizija, l-anzjan Carmel Decelis wieġeb li kien qiegħed iħabbat mal-ħajt għax kienu qed idejqu l-ħoss tal-washing machine tal-anzjani billejl. Il-koppja anzjana ċaħdet din l-allegazzjoni.

Il-kaz imur lura għal April ta’ sentejn ilu, bl-anzjana tgħid li l-akkużat kien ilu jsegwiha għal perjodu ta’ iktar minn ħames snin. Hija qalet li kien iħabbtilha bil-lejl mal-ħajt. Dan ġie kkonfermat wkoll mill-carer li tieħu ħsiebha ta’ spiss matul il-lejl.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Monica Vella sabet lill-anzjan ħati u lliberatu bil-kundizzjoni li ma jwettaq reat ieħor fi żmien sena.

Il-Qorti rabtitu wkoll b’piena ta’ €2,000 biex ma jdejjaqx lill-koppja.

Sport