Wednesday, January 29, 2025

Ħatja li naqset milli tirranġa l-gallarija li kienet fi stat perikoluż

Aqra wkoll

Mara ta’ 56 sena miż-Żejtun kienet immultata €50 wara li nstabet ħatja li naqset milli tirranġa l-gallarija tad-dar li kienet fi stat perikoluż.

Maria Concetta Formosa kienet mixlija li f’Lulju tal-2023 f’Misraħ Dom Mintoff, ma rranġatx id-dar minkejja li kienet imwissija tagħmel dan.

Ġie spjegat li kienet Formosa stess li marret tagħmel rapport l-għassa taż-Żejtun, fejn spjegat li l-gallarija tagħha kienet qiegħda fil-periklu. Il-Pulizija marru fuq il-post sabiex jinvestigaw jekk l-istess gallarija kinitx se tkun ta’ periklu għall-pubbliku. 

Ingħad li l-perit li ssejjaħ fuq il-post għamel rapport u li Maria Concetta kellha kważi xahar ċans biex tirranġa l-gallarija madankollu fil-bidu ta’ Ottubru tal-istess sena x-xogħol kien għadu ma sarx.

Fil-Qort, Formosa allegat li l-ħsara saret minn terzi. Madankollu l-Maġistrat Monica Vella, sabet lill-imputata ħatja u mmultatha €50.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport