Saturday, December 21, 2024

Ħatra ta’ kap eżekuttiv għall-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni llum ħatar lis-Sur Jesmond Muscat bħala Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità.

Is-Sur Muscat inħatar f’din il-kariga wara li l-Kap Eżekuttiv preżenti, is-Sur Karl Azzopardi, temm il-ħatra tiegħu.

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi rringrazzja lis-Sur Azzopardi għall-ħidma tiegħu f’din l-awtorità minn meta twaqqfet ftit aktar minn sena ilu, u awgura lis-Sur Muscat fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu.

Is-Sur Muscat għandu karriera twila fil-qasam tal-ippjanar u l-kostruzzjoni u ħadem għal snin twal f’diversi taqsimiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u anke mal-awtorità tat-trasport. Huwa ggradwa b’Baċellerat tax-Xjenza fl-Ippjanar Ambjentali u r-Riġenerazzjoni Urbana mill-University of Central England, f’Birmingham.

Fil-karriera tiegħu mal-Awtorità tal-Ippjanar, is-Sur Muscat ħadem fit-Taqsima tal-Ippjanar Strateġiku u fit-Taqsima tal-Proġetti Maġġuri. Huwa ħadem ukoll fil-qasam tal-Housing u aktar tard inħatar Deputy Chief Officer fi Transport Malta.

Ekonomija

Sport