Tuesday, May 14, 2024

Ħatra ta’ Kummissarji għas-Saħħa, għall-Edukazzjoni, u għall-Ambjent u l-Ippjanar

Aqra wkoll

L-Ombudsman Parlamentari, is-Sur Anthony C. Mifsud illum ħatar tliet Kummissarji għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi għall-oqsma speċjalizzati fl-Uffiċċju tiegħu.

Il-Perit Alan Saliba nħatar għall-term ieħor bħala Kummissarju għall-Ambjent u Ippjanar.

Il-Prim Imħallef Emeritus Vincent A. De Gaetano nħatar għall-term ieħor bħala
Kummissarju għall-Edukazzjoni.

Il-Prof. Raymond Galea nħatar bħala Kummissarju għas-Saħħa. Il-Prof Galea ser ikun is- suċċessur tas-Sur Charles Messina li serva bħala Kummissarju għas-Saħħa għal żewġ termini.

Il-ħatra tal-Kummissarji mill-Ombudsman Parlamentari saret bis-saħħa tal-poter lilu mogħti fl-Artikli 17 A (1) u (2) tal-Att dwar l-Ombudsman 1995 kif emendat. Il-ħatra hija għal terminu ta’ ħames snin b’effett mil-lum.

Il-Kummissarji bħall-Ombudsman, huma Uffiċjali tal-Parlament awtonomi u jgawdu mill-istess indipendenza u sigurtà fil-kariga. Il-Kummissarji jaħdmu b’mod indipendenti minn xulxin iżda jikkoordinaw il-ħidma tagħhom mal-Uffiċċju tal-Ombudsman.

L-Ombudsman irringrazzja lis-Sur Charles Messina għal ħidma sfieqa u dedikata bħala Kummissarju għas-Saħħa f’dawn l-aħħar għaxar snin.

Sport