Sunday, December 29, 2024

Ħatra ta’ Spetturi tal-Pulizija

Aqra wkoll

F’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, sitt uffiċjali ġew ippreżentati biċ-ċertifikati tal-ħatra fil-grad ta’ Spettur tal-Pulizija. Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta millMinistru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Dr Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija is-Sur Angelo Gafà.

F’kelmtejn, il-Ministru Dr Byron Camilleri saħaq dwar il-bżonn li l-ispetturi l-ġodda jibqgħu umli u jaħdmu għall-ġid tas-soċjetà. Qal li l-ispetturi jridu mhux biss jinforzaw il-liġi, iżda jaraw li sseħħ ġustizzja.

Qal li l-gvern se jibqa’ jagħti l-appoġġ morali u finanzjarju biex il-korp ikollu
kemm l-għodda biex jaħdem u anke l-kumpens finanzjarju mistħoqq. Semma’ kif sena ilu ġie ffirmat ftehim settorjali li bih l-pulizija, ingħataw aħjar kundizzjonijiet
u drittijiet sostanzjali.

Il-Ministru Camilleri qal li l-maġġoranza tan-nies jagħrfu s-sagrifiċċji li
jagħmlu l-pulizija. Huwa ħeġġiġhom biex bħala fizzjali, aktar milli jinforzaw il-liġi u jħarsuha, juru kompassjoni u jimxu b’ġustizzja.

F’diskors tal-okkażżjoni, il-Kummissarju qal li dawn l-Ispetturi l-ġodda jirrappreżentaw ilpreżent u l-futur tal-Korp. Kariga ta’ tmexxija li teħtieġ aktar minn sempliċiment għarfien talliġi, iżda teħtieġ ukoll empatija, ġustizzja u impenn lejn il-valuri li jiddefinuna bħala protetturitas-soċjetà.

“Bħala Spetturi tal-Pulizija, intom se jkollkom responsabbiltajiet akbar ta’ tmexxija. Se tigwidaw u tkunu mentors għall-kollegi tagħkom, billi tiżguraw li l-istandards ta’ eċċellenza li stabbilixxejna jibqgħu jinżammu u li l-Korp ikompli jevolvi skont l-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni”.

Wara din il-ħatra, l-Ispetturi se jattendu kors ta’ sentejn fl-Università ta’ Malta.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm fost oħrajn, id-Deputati u Assistenti Kummissarji, id-Direttur Ġenerali tal-Korp tal-Pulizija u l-Kmandant tal-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati.

Ekonomija

Sport