Tuesday, May 14, 2024

“Hawn ħafna professuri li jmaqdru u ma japprezzawx ix-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema”

Clean Malta tiċċara għalfejn kien għad hemm xi skart wara l-Isle of MTV

Aqra wkoll

Wara kritika li saret fl-aħħar jiem li tlett ijiem wara l-kunċert tal-Isle of MTV kien għad hemm żoni li kienu għadhom ma tnaddfux, Clean Malta ċċarat għalfejn kien għad fadal xi skart fl-inħawi.

Filwaqt li nnotat kif il-kritika hi sabiħa, Clean Malta spjegat iżda li wieħed irid jinnota li l-iskart imsemmi kien skart li jinġema’ wara u fl-istrutturi li jkun hemm u għalhekk kienu hemm u issa żżarmaw.

Wara li tat din l-ispjegazzjoni fuq il-mezzi soċjali, bosta kienu dawk li rreaġixxew u rringrazzjaw lill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni tax-xogħol siewi tagħhom.

Persuna partikolari saħqet li huwa faċli li tikkummenta wara l-keyboard, u li sar hawn ħafna “professuri” li jmaqdru u ma japprezzawx ix-xogħol siewi li jagħmlu dawn in-nies u d-dipartiment kollu fil-kundizzjonijiet tat-temp is-sena kollha.

Dan is-sit irrapporta li wara l-Isle of MTV tat-Tlieta, xejn inqas minn 35 ħaddiem tad-Diviżjoni kienu involuti f’ħidma biex inaddfu l-iskart li tħalla minn dawk li attendew għal dan il-kunċert.

B’kollox jirriżulta li nġabru mat-18-il tunnellata ta’ skart. Dan filwaqt li nħaslu t-toroq kollha madwar l-avveniment. 

Sport