Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ flimkien mal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society nedew proġett ġdid b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tat-Tfal ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-iniżjativa mħabbra taħt l-isem “Toroq Ħajjin – Playstreets”.
Dan il-proġett li huwa l-ewwel wieħed f’Malta, jinvolvi l-ftuħ ta’ triq jew sqaq residenzjali għall-ftit sigħat kull tieni Sibt tax-xahar biex it-tfal li jgħixu fil-akwati ikollhom l-opportunita johorġu jilagħbu ma’ xulxin u l-ġenituri jkolhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-ġirien u jissoċjalizaw flimkien.
It-toroq u l-isqaqin ġew magħżula mit-tfal tal-Kunsill stess u l-membri tal-Kunsill se jgħinu biex jiġu organizzati logħob waqt il-playstreets. Il-President Emeritus Marie Louise Coleiro qalet li din l-aspirazzjoni tat-tfal membri fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li joħolqu spazju fejn it-tfal jilagħbu f’toroq identifikati huwa awgurju tajjeb biex nerġgħu nibnu s-sens ta’ komunità fl-irħula u ibliet ta’ pajjiżna.
L-ewwel playstreet se ssir fi Triq il-Madonna nhar is-Sibt 12 ta’ April bejn is-1.00 u l-4.00 ta’ wara nofsinhar u l-iskeda ta’ playstreets tax-xhur li ġejjin se tkun imħabbar fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali.