Sunday, November 24, 2024

Ħażna ta’ tyres jieħdu n-nar f’Ħal Far

Aqra wkoll

Jirriżulta li ftit tal-ħin ilu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa biex jikkontrollaw nirien li ħakmu ħażna ta’ tyres f’Ħal Far.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li t-tyres kienu f’kontejner u għal xi raġuni spiċċaw f’ħuġġieġa waħda.

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri fuq il-paġna tiegħu tal-midja soċjali informa lill-pubbliku li m’hemmx lok ta’ allarm u li l-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin fuq il-post jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Aktar dettalji kif jaslulna

Sport