Friday, November 15, 2024

Ħdax-il Malti f’ħabsijiet barranin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-preżent huma 11 il-persuni Maltin f’ħabsijiet barranin li l-awtoritajiet lokali jafu bihom.

Kien id-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici li staqsa dwar dan lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo.

Fit-tweġiba tiegħu Bartolo qal li minn dawn il-11 tmienja jinsabu f’ħabsijiet fl-Awstralja u wieħed kull wieħed fl-Italja, il-Polonja u Spanja.

Matul is-sena li għaddiet inħelsu żewġ persuni b’wieħed li kien fl-Emirati Għarab Maqgħuda u l-ieħor fir-Renju Unit.

Bartolo għamilha ċara wkoll li dawn in-numri huma ta’ persuni li talbu l-għajnuna tal-missjonijiet ta’ Malta barra l-pajjiż.

Ekonomija

Sport