Friday, June 20, 2025

‘Ħdimna għal dan is-suċċess mill-bidu tal-istaġun … kellna tim komplut bl-aqwa plejers f’kull pożizzjoni’ – Kurt James

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi fil-futbol bdiet meta kont żgħir. Kont nara t-televixin dejjem b’xi logħba futbol. L-ewwel logħba li niftakar sew li rajt kienu l-Manchester United. Minn dakinar ridt nigħlab il-futbol u minn ta’ etá żgħira bdejt nilgħab il-futbol l-iskola u mat-tim tal-lokal ta’ fejn noqgħod.

X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara r-rebh tal-kampjonat u unuri oħra li rbaħtu matul l-aħħar staġun?

Ħdimna għal dan is-suċċess mill-bidu tal-istaġun. Bdejna l-pre-season bil- logħob ta’ ħbiberija fl-eqqel tas-sajf u nitaqgħu darba fil-ġimgħa għal sena sħiħa. Ukoll kellna tim komplut bl-aqwa plejers f’kull pożizzjoni. Apparti hekk mil-lista ta’ 25 plejer li għandna, 19 minnom lagħbu Premier u kollha rebħu xi unur fil-Kampjonat Premier, u 12 minnhom lagħbu wkoll mat-tim nazzjonali Malti.

Kif tqis il-livell ta’ dan il-kampjonat?

Il-livell ta’ dan il-kampjonat huwa wieħed tajjeb ħafna. Dis-sena iktar kompla jitjieb bi plejers ġodda li sa sena ilu kienu jilagħbu Premier u naħseb li kull plejer qed ifittex li jiġi jilgħab f’adn il-Kampjonat meta jiġi biex jirtira.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Qed inħares ‘il quddiem għall-kariga ġdida tiegħi bħala Team Manager ta’ Santa Venera Lightnings FC.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Inħeġġeġ lil kull persuna li jrid jidħol fil-futbol biex jagħmel il-pass u ma jaqtax qalbu. Meta bdejt jien kien hemm min għaddieni biż-żmien u qalli li dan kien ħela ta’ ħin, peró ż-żejt tela’ f’wiċċ l-ilma u ara fejn ninsab illum!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport