Saturday, November 16, 2024

Ħebb għal nanntu għax ried il-flus għad-droga

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi tressaq il-Qorti fejn ammetta li ħebb għal nanntu u kkaġunalha ġrieħi ħfief. Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn. 

Fil-Qorti ħareġ li l-imputat għandu problema ta’ ‘anger management’ u kien ripetutament jitlob lil nanntu biex tagħtih il-flus għad-droga. Kien minħabba f’hekk li nqala’ argument bejniethom. 

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u baqa’ jinżamm arrestat sakemm jingħata s-sentenza fl-1 ta’ Awwissu. Huwa kien ordnat ukoll biex ma jkellimx lil nanntu. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar mentri l-Avukat Noel Bianco deher għar-raġel.

Ekonomija

Sport