Hector Bellerin jidher li għamilha ċara li ma jridx jirritorna ma’ Arsenal fi tmiem l-istaġun.
Il-player ta’ 26 sena tilef postu bħala d-difensur tal-ewwel għażla ta’ Mikel Arteta matul it-tieni nofs tal-istaġun 2020-21 u ffirma għall-club Real Betis b’self għall-istaġun attwali.
Il-ftehim ta’ Bellerin mal-club mil-La Liga ma jinkludix għażla biex jinxtara, iżda d-difensur lemini afferma li huwa ħerqan li jibqa’ f’art twelidu hekk kif Takehiro Tomiyasu qed ikun utilizzat b’mod regolari minn Arsenal.
Meta mistoqsi jekk jistax jibqa’ ma’ Betis għall-istaġun 2022-23, Bellerin qal: “Ma nafx, imma jien dejjem għedt jekk ma rridx inkun hawn l-istaġun li ġej, ma kontx niġi mill-bidu.”
“Hemm ħafna affarijiet li għandhom jiġu deċiżi imma dak li rrid nagħmel hu li nieħu pjaċir f’dan l-istaġun li jien hawn. U dak li għandu jiġri se jiġri.”
Bellerin għamel 239 dehra u rebaħ tliet FA Cups matul iż-żmien tiegħu ma’ Arsenal, fejn il-kuntratt tiegħu għandu jibqa’ għaddej sal-2023.