Saturday, December 21, 2024

Hector Herrera fil-mira ta’ Roma

Aqra wkoll

Roma qed jimmiraw biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Atletico Madrid, Hector Herrera, iżda jridu jbiegħu l-ewwel.

Il-Giallorossi ma jistgħxu jsaħħu l-iskwadra sakemm ma jeħilsux minn uħud mill-players fl-iskwadra, iżda Herrera kien fil-mira fil-każ ta’ bejgħ.

Il-midfielder tar-Rojiblancos ġie marbut mas-Serie A qabel u ż-żewġ partijiet diġà stabbilixxew taħdidiet, possibilment inkluż lil Gonzalo Villar fin-negozjati.

Il-player ta’ 31 sena, li lagħab 85 darba mill-Messiku, ingħaqad mal-Madrileni bi free transfer mingħand FC Porto f’Lulju 2019 u minn dakinhar lagħab 51 logħba kompetittiva ma’ Atletico.

Il-kuntratt tiegħu fil-kapitali Spanjola jiskadi f’Ġunju 2022 u Roma qed isegwu s-sitwazzjoni tiegħu iżda mhumiex f’taħditiet avvanzati minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom stess, li teħtieġ li xi ħadd jitlaq qabel ma jkunu jistgħu jiffirmaw player ġdid.

Roma għaddew għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa Conference League ilbieraħ, b’rebħa ta’ 5-1 fuq Trabzonspor.

Ekonomija

Sport