Tuesday, December 24, 2024

Hedded lil eks sieħba li joqtolha jekk tikxfu li seraqha

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 22 sena mill-Belt Valletta wieġeb mhux ħati li fost l-oħrajn hedded lil eks sieħbha tiegħu li jekk tikxfu li kien seraqha kienet se ttelfu l-ħelsien mill-arrest.

Simon Leyton Rachid fil-Qorti qal li ma jaħdimx wieġeb mhux ħati li seraq mowbajl u karozza BMW li huma tal-eks sieħba tiegħu. Hu ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest dwar tliet każi differenti.

F’wieħed mill-każi li l-ġuvni għandu l-ħelsien mill-arrest u każ marbut li allegatament wettaq ma’ persuni oħrajn fejn huma akkużati b’serq, sekwestru ta’ persuna u anke rikatt. Dawn dan il-każ, allegatament huma kienu jheddu lill-vittma b’relazzjoni intima u jitolbu pagament kull xahar mingħandu.

Id-difiża li kienet imexxija mill-avukat George Anton Buttigieg ikkontesta l-validità tal-arrest. Hu sostna li mill-istqarrijiet li ngħataw lill-pulizija jidher ċar li l-akkużat kellu l-permess biex juża l-karozza tal-eks sieħba tiegħu. Id-difiża qalet li dakinhar li allegatament seraq il-karozza hu kellu l-permess li juża. Għalhekk l-akkużat ma kellux għalfejn jitressaq il-qorti b’arrest, iżda kellu jitressaq b’ċitazzjoni.

Min-naħa tal-prosekuzzjoni qalet li l-eks sieħba tiegħu ppreżentat diversi screen shots li fihom juri ċar li kienet qiegħda titolbu l-karozza, iżda hu baqa’ jinjora.

Mill-investigazzjoni jirriżulta wkoll li l-mowbajl kien ta’ xi ħadd ieħor u li hedded lil eks sieħba li kien se joqtolha jekk tirraportah u ttelfu l-ħelsien mill-arrest.
B’dawn l-argumenti quddiema l-Qorti qalet li l-arrest kien ġustifikat u skont il-liġi.

Hekk kif id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arresti, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat fost l-oħrajn minħabba li għalkemm għad għandu 22 sena diġà għandu l-fedina penali twila żewġ paġni u għalhekk mhux ta’ min jafdah. Qalet li l-akkużat diġà jiffirma l-għassa żewġ bail books u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest għax fost l-oħrajn baqa’ l-eks tfajla tiegħu biex tixhed. Il-qorti wkoll ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-ex sieħba tiegħu.

Ekonomija

Sport