Wednesday, March 18, 2026

Ħejji ruħek ħa tkanta bil-qalb! Singalong Seniors jirritorna fit-Teatru Manoel f’April

Aqra wkoll

TOI TOI jippreżenta ‘Singalong Seniors’: avveniment ta’ kant għall-komunità, maħsub speċifikament għaċ-ċittadini anzjani, u li se jittella’ filgħodu, il-Ħamis, 2 ta’ April, 2026.

TOI TOI, il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel huwa ddedikat li jagħmel l-arti performattiva iktar aċċessibbli għall-membri kollha tal-komunità fost il-ġenerazzjonijiet kollha. Filwaqt li l-programm tant maħbub tat-TOI TOI huwa l-iktar magħruf għall-produzzjoni ta’ teatru ta’ kwalità għat-tfal iż-żgħar, TOI TOI huma ffukati wkoll li jipproduċi proġetti insklussivi li jkopru ġenerazzjonijiet differenti bħala parti mill-impenn tagħhom li jgħallmu u joffru divertiment b’gost u b’mod li huwa aċċessibbli.

L-inizjattiva tas-‘Singalong Seniors’ hija mmirata sabiex tippromwovi s-saħħa, il-benesseri, u l-ferħ fost udjenzi minn 60 sena ’l fuq permezz tal-qawwa tal-mużika. Din is-sessjoni se tittella’ fit-teatru prinċipali tat-Teatru Manoel. Dan l-ambjent akkoljenti u maħsub li joffri appoġġ jgħin sabiex jiġu mrawmin il-konnessjonijiet soċjali, l-istimulazzjoni mentali, u l-benesseri fiżika. F’dan l-istaġun, Singalong Seniors se jittella’ bil-parteċipazzjoni ta’ tnejn mill-aqwa kantanti Maltin: Glen Vella u Pamela Bezzina. Flimkien mal-band ta’ Glen, it-tim se jtella’ xow bi ħsieb, u li huwa speċifikament immirat sabiex joffri spazju fejn udjenza avvanzata fl-età tista’ tieħu pjaċir tkanta flimkien.

Bi klassiċi bħal Fly Me to the Moon, Volare, u Quando Quando Quando sa favoriti li bla ma trid issib ruħek tiċċaqlaq mar-ritmu tagħhom, bħal Blue Sueded Shoes, l-udjenza se tkun mistiedna sabiex tkanta mal-kantanti filwaqt li tgħix mill-ġdid memorji għeżież ispirati mill-istess mużika. Ejja u imla qalbek bil-ħlewwa ta’ What a Wonderful World, iċċaqlaq mal-melodija ta’ Que Sera Sera, u tpaxxa bil-kanzunetti tant maħbubin u li kellhom suċċess kbir bħal Isn’t She Lovely, Just the Two of Us, I Will Survive, u Mamma Mia – il-popolari ta’ dejjem! Dan il-kunċert se jiċċelebra wkoll klassiċi Maltin bil-wisq maħbubin bħalma huma Xemx, Kemm hu sabiħ, u ħafna oħrajn.

Il-kunċert tas-‘Singalong Seniors’ se jkun qed jittella’ fil-11 ta’ filgħodu nhar il-Ħamis, 2 ta’ April ġewwa t-Teatru Manoel, il-Belt Valletta. Il-biljetti jiswew jistgħu jinxtraw online minn fuq is-sit elettroniku: https://teatrumanoel.mt/event/singalong-seniors/ jew mill-Box Office – kemm billi taqbeż qabża s’hemm inti stess jew billi ċċempel fuq in-numru: (+356) 21246389.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport