Thursday, January 30, 2025

Ħelikopter u ajruplan jaħbtu ma’ xulxin fl-Istati Uniti… jispiċċa jiġġarfu fi xmara

Aqra wkoll

Ajruplan tal-linja tal-ajru American Airlines spiċċa ħabat ma’ ħelikopter waqt titjira f’Washington DC u konsegwenza ta’ dan spiċċaw iġġarfu fi xmara Potomac.

L-ajruplan kien ġej minn Wichita f’Kansas fejn fuqu kien qiegħed iġorr 60 passiġġier u 4 membri tal-ekwipaġġ. Min-naħa l-oħra l-ħelikopter hu wieħed militari u kien qiegħed iġorr 3 suldati tal-armata Amerikana.

Ftit minuti wara li seħħ l-inċident aktar minn 300 ħaddiema tas-salvtaġġ kienu fuq il-post ifittixu għal persuni li kien hemm fuq l-ajruplan u anke fuq il-ħelikopter. Il-kundizzjonijiet kienu ferm diffiċli biex issir it-tfittxija minħabba l-kesħa enormi li hemm u anke li kien ħafna dlamm.

Skont rapport fil-midja internazzjonli s’issa nstabu 18-il persuna, iżda ma kien hemm l-ebda indikazzjoni jekk dawn instabux ħajjin jew mejtin.

Il-ħabta seħħet waqt li l-ajruplan kien beda l-inżul tiegħu fuq ir-Runway 33 fl-Ajruport Nazzjonali ta’ Reagan f’Washington għall-ħabta tad-9.00pm (ħin lokali).

Ftit tal-ħin wara li seħħ dan l-inċident, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump kiteb fuq il-midja soċjali hu li ġie nformat b’kollox.

Jikteb li “l-aruport kien miexi b’mod perfett, fil-linja tal-’approach’ tal-ajruport. Il-ħelikopter kien miexi fid-direzzjoni tal-ajruplan għal numru ta’ minuti.”

Trump ikompli jikteb li t-temp kien bnazzi, u d-dawl tal-ajruplan kienu mixgħulin.

Kien hawn li l-President tal-Istati Uniti saqsa kif il-ħelikopter ma telax ftit ‘l fuq jew niżel ‘l isfel. Għaliex it-torri tal-kontroll ma qalux lil pilota tal-ħelikopter biex ma jibqax miexi fid-direzzjoni tal-ajruplan?

“Din hija sitazzjoni ħażina ħafna u hija xi ħaġa li setgħet tiġi evitta… Mhux tajjeb,” kiteb Donald Trump.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport