Wednesday, December 25, 2024

Ħelsien mill-arrest għal Alġerin mixli bi traffikar ta’ droga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Housseme Eddine Debchi, Alġerin ta’ 30 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li l-Ħadd li għadda kien qiegħed jittraffika d-droga fil-Pjazza tal-Balluta.

Fil-Qorti ġie spjegat li minn tfittxija li saret fuq l-imputat kienu elevati boroż b’pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll kokaina, ħaxixa u raża tal-kannabis, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati u €460 fi flus kontanti flimkien ma’ mobile tat-tip Samsung. 

Intqal ukoll li fuq il-mobile tiegħu nstabu diversi messaġġi fuq il-WhatsApp fejn allegatament huwa kien qiegħed jinnegozja ma’ persuni oħra biex ibigħ id-droga. 

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €25,000.

Fil-bidu tal-preżentata, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ġibdet l-attenzjoni tal-Uffiċjal Prosekutur biex qabel iressaq persuna l-Qorti, għandha tiġi ttestjata għall-Covid-19. 

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Marshal Mallia. L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għall-imputat.

Ekonomija

Sport