Friday, November 22, 2024

Ħelsien mill-arrest għal Indoneżjan mixli li seraq flus minn sejf f’lukanda

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena mill-Albanija residenti San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li fil-15 ta’ Awwissu seraq flus kontanti minn sejf ġewwa l-Lukanda St George’s Park f’San Ġiljan fejn l-akkużat kien qed jagħmel xogħol ta’ Duty Manager.

Min-naħa tagħha, il-prosekuzzjoni argumentat li bħala provi kien hemm filmat tac-CCTV. L-akkużat wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.  

Il-Qorti tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €3,000, b’garanzija personali ta’ €15,000. Il-Qorti ordnatlu wkoll biex ma jkellimx lix-xhieda u jiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Mercieca u l-Ispettur Brian Xuereb, filwaqt li għall-akkużat deher l-Avukat David Bonello.

Sport