Raġel ta’ 68 sena residenti Birżebbuġa nstab ħati li f’Ġunјu ta’ senteјn ilu, insulta u hedded raġel, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.
Fil-Qorti ġie spјegat li kollox beda meta kelb ta’ raġel daħal fl-għalqa tal-imputat mingħajr permess.
L-imputat kien qal lir-raġel li jekk jerġa’ jidħol jispara għall-kelb u
jibqa’ għaddej bihom. Intqal li l-imputat baqa’ jikkustinja u r-raġel l-ieħor mar l-għassa.
Fl-awla xehed Pulizija u qal li raġel mar l-għassa jagħmel rapport u stqarr magħhom li l-kelb tiegħu daħal fl-għalqa tal-akkużat u nebaħ.
Fil-Qorti xehed ukoll Pulozoјa ieħor, li spjega li l-imputat ra l-kelb u tgerfex.
Spjega li beda jinbaħ u jersaq lejh u telaq jiġri biex jaħrablu. Qal li mar irrabbjat fuq ir-raġel biex ma jħallix lill-kelb jiġri iżda ċaħad li semma’ sparar u armi.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, qalet li temmen lir-raġel meta qal li l-imputat qallu li kien se jispara għall-kelb u wara jkompli jispara għal fuqhom.
Waqt li sabitu ħati għall-akkużi, il-Maġistrat Vella, illiberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet xhur. Obbligat lill-imputat biex javviċinax lir-raġel għal perjodu ta’ sena.