Monday, November 4, 2024

Ħelsien mill-arrest għal raġel li nqabad ibigħ id-droga fuq il-mowbajl

Aqra wkoll

Raġel mill-Gambja tressaq il-Qorti mixli b’pusses ta’ droga kannabis li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni qalet li Mohammed Gajigo ta’ 24 sena instab fil-pussess ta’ tliet pakketti kannabis li jammontaw għal 3.4 grammi. Qalet ukoll li fuq il-mowbajl tiegħu nstabu diversi messaġġi li juru li l-akkużat kien qed ibigħ id-droga.

L-akkużat li jirrisjedi f’appartament f’San Ġiljan u li qal li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża sostniet li l-ammont ta’ droga ma kienx illegali u talbet għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt numru ta’ kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €10,000. 

Sport