Tuesday, December 2, 2025

Ħelsien mill-arrest għal raġel mixli li weġġa’ gravi ieħor fil-Gżira

Aqra wkoll

Somalu ta’ 30 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li weġġa’ gravi raġel ieħor fil-Gżira. 

L-allegat każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu fi Triq Sir William Reid.

Abdullahi Ali Hassan tressaq quddiem il-Maġistrat Ann Marie Thake mixli b’akkużi ta’ kkaġunar ta’ ġrieħi gravi, theddid u insulti kif ukoll li kien fis-sakra f’post pubbliku.

Il-Qorti semgħet kif il-Pulizija kienu mitluba jassistu fl-imsemmija triq wara rapporti li raġel xurban kien qed jikkawża kommossjoni. L-uffiċjali li marru fuq il-post kienu sabu lill-vittma mal-art mitluf minnn sensih u ttieħed

Hassan kien wasal fuq il-post ftit tal-ħin wara u informa lill-pulizija li huwa allegatament kien involut fl-inċident. Huwa kien arrestat għall-ħabta tat-3.00 a.m. fejn kien informat bir-raġunijiet għall-arrest tiegħu.

Fil-Qorti, id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li l-każ għadu fi stadju prematur filwaqt li l-vittma għadu rikoverat l-isptar.

Id-Difiża argumentat li l-imputat kellu fedina penali netta, ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 12-il sena u li kienu hu stess li b’mod volontarju avviċina lill-pulizija biex ikellimhom dwar l-inċident. Id-Difiża qalet ukoll li l-klijent tagħha aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu. 

Wara li semgħet liż-żewġ naħat, il-Maġistrat Thake tat il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest lill-imputat fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €18,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Valentina Cassar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Ian Azzopardi. 

L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-imputat. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport