Tuesday, September 24, 2024

Ħelsien mill-arrest għal żagħżugħ ta’ 17-il sena mixli b’involviment f’argument f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 17-il sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ngħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar. 

Fil-Qorti ġie spjegat li l-allegata ġlieda seħħet bejn żewġ persuni fi Triq il-Qawra u li t-tnejn li huma ġew arrestati mill-pulizija.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest taż-żagħżugħ bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba biża’ ta’ intralċ ta’ provi. Min-naħa l-oħra ntqal li l-imputat kien ikkopera bis-sħiħ fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella tatu l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest taħt depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €6,000. Huwa kien ordnat jiffirma l-Għassa kuljum.

Sport