Tuesday, October 7, 2025

Ħelsien mill-arrest għal żewġ Nepaliżi li ħebbew għal xulxin

Aqra wkoll

Żewġ Nepaliżi tressqu l-Qorti mixlija li kkawżaw ġrieħi gravi lil xulxin wara argument bejniethom u li kisru l-paċi pubblika.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ argument viċin it-terminus tal-karozzi tal-linja fil-Belt Valletta. 

Meta l-Pulizija marru fuq il-post, huma sabu żewġ Nepaliżi, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, jargumentaw bejniethom. Huma ttieħdu l-klinika tal-Furjana għall-assistenza medika.

Id-Difiża għamlett talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputati, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li l-eks tfajla ta’ wieħed minnhom għad trid tixhed. 

L-Avukati Difensuri argumentaw li ż-żewġ imputati għandhom impjieg stabbli u li din kienet l-ewwel darba li xellfu difrejhom mal-liġi kemm ilhom jgħixu Malta.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt tat il-ħelsien mill-arrest liż-żewġ imputati taħt depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €4,000 kull wieħed. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Rizzo flimkien mal-Avukat Brandon Bonnici mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Wieħed mill-imputati kien assistit mill-Avukat Alexander Scerri Herrera mentri l-ieħor kien assistit mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Noray Galea. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport