Fil-kapitali Finlandiża Ħelsinki, l-Assoċjazzjoni Ukrena fil-Finlandja għamlet ġest simboliku bħala tifkira għat-tfal maqtula f’Mariupol.
Skont dak li ġie rrappurtat fuq il-BBC, il-wirja tinkludi għexieren ta’ żraben tat-tfal mdawra bi ħwejjeġ sofor u ġugarell.
Mhux ċar kemm inqatlu tfal minn mindu beda l-ġlied fl-24 ta’ Frar, iżda aktar kmieni llum il-prosekutur ġenerali tal-Ukrajna ħabbar ċifri ġodda li jgħidu li mill-inqas 177 mietu u 336 ndarbu.
