Wednesday, December 25, 2024

“Hemm bżonn li nagħmlu ħafna iktar biex ikollna toroq siguri… kwistjoni ta’ ħajja u mewt”

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-poplu jrid li jkollu toroq bl-inqas periklu u li hemm bżonn li jsir ħafna iktar biex ikollna toroq siguri. Qal li din hija kwistjoni ta’ ħajja u mewt.

F’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali, Delia qal: “Il-poplu jrid li jkollu toroq bl-inqas periklu, bl-inqas inċidenti possibli. Li sfortunatament jidher li qed jiżdiedu. Dwar dan naħseb li hemm qbil. Għalhekk nesiġu toroq tal-aqwa kwalità. B’sinjaletika ċara u li tgħin mhux tfixkel is-sewwieq. Fuq kollox b’tagħrif, informazzjoni u edukazzjoni li tgħallem sabiex is-sewqan ikun prudenti u r-regolamenti osservati. Sistema li tevita l-inċidenti kemm jista’ jkun possibli.”

Qal li l-veloċità waħda mill-kaguni għal inċidenti jew għall-gravità ikbar tagħhom. Sostna li speed limits u miżuri li jwasslu għall-osservazzjoni tagħhom jeżistu kullimkien.

“Il-prinċipju iżda dejjem irid ikun biex ngħallmu, nipprevjenu u jkollna toroq iktar siguri. Mhux biex nonsbu, naħsdu jew nikkreaw sors ta’ dħul bil-moħbi. Għax dan ma jsolvi xejn. Hemm bżonn li nagħmlu iktar, ħafna iktar biex ikollna toroq siguri. Kif ser nagħmlu dan, letteralment hija kwistjoni ta’ ħajja u mewt.”

Ekonomija

Sport