Friday, December 13, 2024

“Hemm bżonn niffokaw fuq l-agressuri…Li jkunu konxji tal-konsegwenzi”

- Il-Kummissarju Kontra l-Vjolenza Domestika, Samantha Pace Gasan

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

B’differenza għal dak li ngħad u diskuss fil-maġġorparti tal-konferenza “Niċċelebraw 30 Sena ta’ Għajnuna lill-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika”, il-Kummissarju Kontra l-Vjolenza Domestika, Samantha Pace Gasan, saħqet li issa wasal iż-żmien li niffokaw fuq l-agressuri b’mod partikolari fejn jidħlu konsegwenzi tal-abbuż.

Hekk kif spjegat Gasan, ħafna drabi l-vittmi jispiċċaw iduru minn servizz għall-ieħor mentri l-agressuri jibqgħu “kwieti”. Saħqet li, “minflok, dawn għandhom ikunu konxji li hemm konsegwenzi. Persuni narċisisti mhumiex se jinbidlu. Xi drabi s-sistemi jħalluhom liberi mentri t-tbatija hija ġeneralment fuq il-vittmi. Għandna bżonn minflok ndawwru l-attenzjoni tagħna fuq l-agressuri. Ma nistgħux inwaqqfu jew nipprevjenu l-vjolenza domestika jekk inkomplu niffokaw biex noffru servizzi għall-vittmi. Dawn tajbin u għandhom ikomplu. Għamilna ħafna imma issa, hemm bżonn li nindirizzaw l-agressuri”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport