Inter se jkunu qed iġeddu l-kuntratt tal-attakkant Armen Henrikh Mkhitaryan. Dan tal-aħħar qed jispikka fit-tieni staġun tiegħu man-Nerazzurri u minkejja li għandu 35 sena qed jirriżulta determinanti anke minħabba d-determinazzjoni li jwassal lil sħabu.
Id-direttur sportiv Beppe Marotta qed ikollu taħditiet ma’ Rafaela Pimienta li hi l-aġenta tal-plejer u l-partijiet mistennija jaqblu ma jdumux.
Mkhitaryan s’issa lagħab 35 partita u skorja ħames gowls.