L-aġent tal-plejer mill-Armenja Henrikh Mkhitaryan żvela li l-klijent tiegħu ġie avviċinat minn klabb mill-Arabja Sawdija li ma jissemmiex sabiex jingħaqad magħhom. Huma offrewlu somma ferm ġeneruża li pero’ l-istess Mkhitaryan irrifjuta.
Dan l-istess aġent qal li l-klijent tiegħu jinsab ferm kuntent ma’ Inter u mhux beħsiebu jitlaqhom, anzi hemm ċans li jkun hemm tiġdid ta’ sena jew sentejn fil-kuntratt.
Min-naħa tiegħu, il-kowċ ta’ Inter Simone Inzaghi qed jinkludih sa mill-bidu tal-logħob u qed ikun determinanti għall-istaġun sodisfaċenti li qed ikollhom in-Nerazzurri.