Saturday, February 14, 2026

Henry Bonello jirbaħ l-unur tal-LifeStar Insurance MVP għax-xahar ta’ Jannar

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ Hamrun Spartans, Henry Bonello, rebaħ l-unur tal-LifeStar Insurance MVP għax-xahar ta’ Jannar.

F’xahar mimli attività, Henry, li qed igawdi staġun formidabbli b’mod ġenerali, beda s-sena 2026 billi kellu rwol kruċjali għal Hamrun Spartans fl-objettiv tagħhom li jirbħu l-Opening Round.

Huwa ta prestazzjonijiet eċċellenti billi rnexxielu wkoll iżomm clean-sheets konsekuttivi, kontra Floriana (2-0) u Sliema Wanderers (1-0).

It-trofew tal-MVP ta’ Jannar ġie ppreżentat lil Henry Bonello qabel il-logħba ta’ nhar il-Ġimgħa bejn Hamrun Spartans u Zabbar St. Patrick, mill-Head of Sales ta’ LifeStar Insurance, Chris Chetcuti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport