L-eks attakkant internazzjonali Franċiż Thierry Henry iddefenda lill-iskorer prolifiku ta’ Inter Romelu Lukaku wara l-ġest li għamel waqt l-ewwel leg tas-semifinali tal-Coppa Italia kontra Juventus eżatt wara li skorja l-gowl tad-draw minn penalty.
Lukaku deher ipoġġi subgħajh quddiem xufftejh bħala sinjal ta’ skiet fit-tentattiv li jwassal messaġġ kontra r-razziżmu. Għal dan il-ġest hu ngħata l-karta s-safra.
Henry sfida lil FIGC sabiex tirtira l-karta s-safra li sofra l-plejer Belġjan meta għamel dan kollu għax inkella tkun kompliċi li hi qed tirrikonoxxi r-razziżmu.