Bniedem kolt u struwit ħafna, Dott. Tabone serva bħala ċ-Chairman tal-aġenzija
nazzjonali prattikament mill-bidu nett fl-2003 sal-2008. Taħt it-tmexxija tiegħu, Heritage Malta wettqet l-ewwel proġetti infrastrutturali ewlenin li qiegħdu l-assi tal-wirt kulturali fuq sisien sodi u li wittew it-triq għas-snin ta’ wara, kif ukoll tat bidu għal sensiela ta’ wirjiet kbar lokali u internazzjonali.
Dott. Tabone kien bniedem viżjonarju li dejjem kont issibu fuq quddiem nett u qrib ħafna tal-ħaddiema. In-nuqqas tiegħu se jinħass ħafna.
Nhar l-Erbgħa li ġej, meta Dott. Tabone se jingħata l-aħħar tislima, il-bnadar tal-
mużewijiet u s-siti kollha taħt il-ħarsien tal-aġenzija nazzjonali se jittajru mezzasta bħala turija ta’ rispett.