Friday, November 15, 2024

Heritage Malta tniedi vouchers għal dawk li jżuru l-Ipoġew matul Diċembru

Aqra wkoll

Heritage Malta se tkompli ssebbaħ l-esperjenza tal-viżitatur fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni permezz ta’ vouchers li se jingħataw lil kull min iżur dan is-sit matul Diċembru. 

Kif spjega l-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, “L-Ipoġew jistgħu jżuruh biss numru żgħir ta’ nies kull siegħa, b’massimu ta’ tmien tours kuljum. Għaldaqstant normalment wieħed irid jibbukkja post minn ġimgħat jew saħansitra xhur qabel. Bħalissa huwa aktar faċli li wieħed iżur l-Ipoġew u jieħu l-opportunità biex isir jaf aħjar dan il-wirt uniku tagħna. Għalhekk għal matul Diċembru, Heritage Malta ħasbet biex ittejjeb l-aċċessibbiltà għal dan is-sit filwaqt li tkattar il-valur taż-żjara b’vouchers li se jingħataw lil kull viżitatur.” 

Il-viżitaturi li huma membri ta’ Heritage Malta se jingħataw voucher li jiswa €20; il-viżitaturi adulti se jingħataw voucher li jiswa €15; il-viżitaturi li huma studenti jew anzjani se jingħataw voucher li jiswa €10; il-viżitaturi tfal se jingħataw voucher ta’ €5; u l-viżitaturi li jixtru biljett fl-aħħar ħin (last minute ticket) se jingħataw voucher ta’ €15. 

Il-vouchers jistgħu jissarrfu sal-aħħar ta’ Marzu 2021 mill-ħwienet li wieħed isib fis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta. Il-vouchers ma jistgħux jissarrfu fil-ħanut online ta’ Heritage Malta. 

Matul Diċembru, l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni se jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9.00am sal-5.00pm. Iż-żjarat kollha jsiru f’osservanza stretta tar-regolamenti tas-Saħħa Pubblika dwar il-pandemija tal-Covid-19. 

Il-biljetti għall-Ipoġew jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta jew online minn: https://booking.heritagemalta.org/ 

Ekonomija

Sport