Wednesday, July 30, 2025

‘Ħerqan li nibda dan il-vjaġġ ġdid ma’ Santa Lucia FC’ – Miguel Micallef

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn età żgħira, ta’ madwar erba’ snin ħabbejt il-logħba tal-futbol u dejjem bqajt nilgħabha.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Santa Lucia FC?

Ħerqan li nibda dan il-vjaġġ ġdid ma’ Santa Lucia FC. Hemm proġett li jidher tajjeb ħafna, li jfisser li qegħdin f’idejn tajbin!

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Mtarfa FC. X’tilkkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

Fl-istaġun li għadda ħadd ma emmen fina bħala Mtarfa FC u mbagħad ġie l-kowċ Rodney Bugeja u għamilna miraklu, fejn għenna nkunu tim u nemmnu f’xulxin.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Naħseb li l-livell tal-futbol qed jikber speċjalment iċ-Challenge League qed isir aktar kompetittiv kull staġun.

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-Victor Tedesco Stadium biddlulu t-turf u rigward is-Centenary Stadium ma nistgħux ingorru … naħseb li l-kwistjoni hija l-grawnds tat-taħriġ.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Rigward il-futur tiegħi fil-futbol nimxi pass pass u staġun staġun għax il-futbol jista’ jwaqqgħek u jtellak malajr ħafna imma l-għan tiegħi huwa li nilgħab regolarment fil-Malta Premier.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Jekk trid tirnexxi fil-futbol u f’kollox fil-ħajja, ma tistax tibqa’ fil-‘comfort zone’ tiegħek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport