Hibernians FC akkwistaw lid-difensur laterali Cain Attard.
Id-difensur laterali kien fuq il-kotba ta’ Sliema Wanderers iżda ddeċieda li jħalli l-klabb aktar kmieni din il-ġimgħa.
Attard issa ddeċieda li jkompli l-karriera tiegħu ma’ Hibernians.
“Cain Attard qed jingħaqad ma’ Hibernians,” qal il-klabb tal-Malta Premier fi stqarrija.
“Id-difensur internazzjonali Malti ta’ 31 sena ngħaqad uffiċjalment mal-iskwadra tagħna, u jġib miegħu esperjenza, tmexxija, u mentalità rebbieħa.”
Ma’ Hibernians, Attard se jittama li jista’ jerġa’ lura fl-azzjoni b’suċċess wara perjodu diżappuntanti ma’ Sliema Wanderers fejn kien nieqes mill-azzjoni minħabba sensiela twila ta’ injuries li żammewh barra mill-azzjoni għal diversi xhur.
Il-wasla tiegħu se tkun ta’ spinta kbira għall-kowċ Branko Nisevic li qed ifittex li jgħin lil Hibernians jipproduċu prestazzjoni aktar b’saħħitha fil-Closing Round u jisfidaw għall-fl-Ewropa.



