Hibernians dawru telfa f’rebħa ta’ 3-2 kontra Santa Lucia.
Il-Pawlisti għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta Joao Vitor de Oliveira għadda tajjeb lejn JURGEN DEGABRIELE li b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.
Santa Lucia ġabu l-iskor indaqs fis-27 minuta meta YEVHENII TERZI venven xutt mill-isbaħ mid-distanza li ħasad għal kollox lill-goalkeeper tat-team minn Raħal Ġdid, Justin Haber.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Santa Lucia ħarġu ferm aggressivi u reġgħu marru fil-vantaġġ meta YEVHENII TERZI b’abilitá liema bħalha tefa’ ġewwa.
Iżda l-Pawlisti ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fit-73 minuta minn freekick Calleja Cremona salva parzjalment u l-Għawdxi FERDINANDO APAP mill-viċin tefa’ ġewwa.
Hibernians komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fil-85 minuta, is-sostitut YUNUSA MURITALA b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Calleja Cremona, biex ta tliet punti prezzjużi lit-team minn Raħal Ġdid.
Hibernians: 16-Justin Haber, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Llerena, 7-Thaylor Aldama, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele (9-Jairo Morillas 89), 11-Bjorn Kristensen, 18-Joao Vitor (23-Yunusa Muritala 66), 19-Joseph Zerafa (13-Zachary Grech 80), 20-Andrei Agius, 42-Ali Diakite (12-Dunstan Vella 66) Coach: Silvio Vella
Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Soares, 5-Thomas Sebastian Rier, 6-Nicholas Pulis (27-Miguel Angel Alba 90), 8-Robert Bairam, 10-Liam Blie Bi Bah (21-Jamie Carbone 88), 14-Dexter Xuereb (11-Jan Tanti 88), 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Farias (9-Kyrian Nwoko 70), 28-Yevhenii Terzi, 88-Robert Hehedosh Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Darryl Agius
Ass. Referees: Mitchell Scerri, Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli
Skorers: J. Degabriele 2, F. Apap 73, Y. Muritala 86 (H), Y. Terzi 27, 54 (SL)
Ammoniti: B. Kristensen (H), R. Hehedosh (SL)
Player tal-Logħba: Yevhenii Terzi (SL)