Iċ-champions Maltin Hibernians komplew isaħħu l-attakk tagħhom wara li ħabbru l-akkwist ta’ Yunusa Muritala.
Il-player ta’ 22 sena ngħaqad mal-cubb Malti wara li kien fuq il-kotba ta’ Riga FC tal-Latvja. Fil-fatt, Muritala skorja darbtejn fil-ħin barrani f’rebħa ta’ 4-1 hekk kif Riga FC kienu eliminaw lil Hibernians mit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League matul l-istaġun li għadda.
Muritala, li huwa min-Niġerja, kien fuq il-kotba ta’ clubs oħra madwar l-Ewropa jiġifieri Goztepe tat-Turkija li magħhom lagħab fil-livell tal-youths u KVC Westerlo tal-Belġju.
Fil-Latvja, huwa lagħab ukoll ma’ FK Metta hekk kif l-attakkant skorja 26 goal f’54 dehra mal-clubs kollha li lagħab magħhom.
Hibernians jiffaċċjaw lil Levadia Tallinn fl-ewwel leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League illejla fit-8.00pm fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.