Wednesday, December 18, 2024

Hibernians isalvaw punt prezzjuż fl-aħħar mumenti

Aqra wkoll

Marsaxlokk…………1

Hibernians………….1

F’partita li laħqet l-aspettattiva proprju fl-aħħar mumenti tagħha, Hibernians salvaw punt prezzjuż fi draw ġust ta’ 1-1 kontra Marsaxlokk.

Kienu Hibernians li ħarġu fuq l-offensiva u fl-10 minuta, Jurgen Degabriele għadda tajjeb lejn Yunusa Owolabi Muritala li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Jake Grech kellu xutt b’saħħtu minn qagħda ideali li ġie mblukkat minn fuq il-linja fatali mid-difensur Arġentin ta’ Marxalokk, Walter Serrano.

Il-partita kompliet tiżvolġi f’ħafna logħob f’nofs il-ground fejn kien biss fis-57 minuta li ġiet innutata azzjoni oħra denja ta’ nota fejn kienu x-Xlukkajri li ħolqu l-periklu meta Oscar Carniello mill-viċin laqat il-wiefa, bil-goalkeeper tal-Pawlisti Ibarahim Kone jikklerja l-ballun ’il bogħod minn kull periklu.

Hibernians wieġbu mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-pitch minuta biss wara, meta Oscar Carniello kellu daqqa ta’ ras minn qagħda ideali li ġiet salvata mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Marsxalok, Marko Drobnjak.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-68 minuta, Gabriel Mensah kellu xutt kemmxejn fraġli mill-viċin li ġie salvat minn cuq il-linja fatali mill-ex tal-partita, Ayrton Attard.

Marsaxlokk fetħu l-iskor fis-76 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza tas-sostitut FABIAN SANTIAGO MORACCI li kien ilu biss erba’ minuti fil-ground, u li ma ta l-ebda ċans lil Ibrahim Kone.

Iżda Hibernians ma rmewx ix-xugaan anzi wettqu reazzjoni tajbau fit-88 minuta, ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt minn ġol-kaxxa ta’ JAKE GRECH.

Fil-ħin miżjud, il-Pawlisti qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa għalhom il-player Dunstan Vella wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit minuti.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 5-Christopher Edafe Uzeh, 7-Ayrton Attard (22-Dale Mifsud 80), Kristian Keqi (37-Fabian Santiago Moracci 77), 14-Omar Walter Serrano, 21-Adrian Santiago Ferraris, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius (19-Emerson Vella 86), 99-Tiago Adan Fonseca Coach: Pablo Doffo

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Llerena Bravo, 7-Thaylor Aldama, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (42-Ali Diakite 75), 12-Dunstan Vella, 22-Gabriel Izquier Artiles (19-Joseph Zerafa 85), 23-Yunusa Owolabi Muritala (17-Gabriel Menssah 63), 88-Rodolfo Soares (4-Kurt Shaw 85) Coach: Andrea Pisanu

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Duncan Sultana, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna

Skorers: F. S. Moracci 77 (M), J. Grech 88 (H)

Tkeċċa: D. Vella 92 (h)

Ammoniti: O. Carniello, L. Aguirre (M), G. Llerena Bravo, J. Degabriele, B. Kristensen, D. Vella (2), J. Zerafa (H)

Player tal-Logħba: Omar Walter Serrano (M)

Ekonomija

Sport