Hibernians ……..2
Birkirkara ………3
Luke Montebello kien il-protagonista għal Birkirkara hekk kif skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 3-2 fuq Hibernians biex dawn tal- aħħar sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun.
Kienu l-Karkariżi li marru tnejn minn fuq fl-ewwel taqsima iżda Hibs ġabu l-iskor indaqs b’żewġ goals fit-tieni taqsima, qabel Montebello skorja dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa.
Birkirkara ħarġu tajjeb u wara ħames minuti kellhom l-ewwel okkażjoni ta’ skor meta Bismark bir-ras tefa’ ftit barra wara cross ta’ Montebello. Iżda din kienet okkażjoni pjuttost iżolata għax għalkemm huma kienu ftit aħjar mill-avversarji tagħhom, ftit kienu t-tentattivi lejn il-lasti.
Madankollu, fl-24 minuta Birkirkara fetħu l-iskor meta minn cross ta’ Cain Attard mil-lemin, LUKE MONTEBELLO għeleb lil Calleja Cremona b’xutt angolat.
Fil-31 minuta, Hibs marru viċin hekk kif wara li Jake Grech tefa’ l-ballun fil-kaxxa, id-daqqa ta’ ras ta’ Enrico Pepe għal ftit ma spiċċatx fix-xibka tiegħu stess iżda fortunatement għalih il-ballun spiċċa f’corner.
Peró żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, l-Istripes irduppjaw permezz tal-captain tagħhom CAIN ATTARD li b’xutt fil-baxx minn tliet kwarti tal-ground għeleb lil Calleja Cremona.
Tliet minuti fit-tieni taqsima, il-Pawlisti reġgħu daħlu fil-logħba hekk kif minn free-kick ta’ Degabriele mil-lemin, FERDINANDO APAP għola tajjeb u bir-ras għeleb lil Sylla mill-viċin.
Fl-54 minuta, Calleja Cremona kien protagonista meta salva tajjeb fuq free-kick mid-distanza ta’ Diego Venancio.
Hibernians żiedu l-pressjoni u fil-71 minuta, il-goalkeeper Sylla mblokka tajjeb fuq cross-shot ta’ Grech iżda minuta wara, f’kontrattakk veloċi Calleja Cremona antiċipa fil-ħin it-tentattiv ta’ Montebello.
Madankollu, fid-79 minuta, kienu Hibernians li kisbu d-draw meta mill-cross ta’ Gabriel Izquier Artiles, Sylla ipprova jantiċipa iżda Apap għadda lejn HUGO FILIPE DA COSTA OLIVEIRA li b’xutt fil-baxx tefa’ fix- xibka.
Iżda erba’ minuti wara, Birkirkara skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn cross ta’ Macedo, LUKE MONTEBELLO kkontrolla tajjeb qabel ma għeleb lil Calleja Cremona.
Żewġ minuti fuq il-ħin, Birkirkara setgħu kabbru l-vantaġġ meta Attard ħarab waħdu fuq il-lemin iżda kkonkluda ftit barra.
HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech (17-Erjon Beu 77’), 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella (19-Joseph Zerafa 88’), 18-Thaylor Aldama (88-Wilfried Domoraud 67’), 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Izquier Artiles (6-Raphael dos Anjos 88’), 42-Ali Diakite (30-Alvaro Muniz Cegarra 67’), 70-Hugo Filipe Da Costa Oliveira – Coach: Stefano Sanderra
BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 5-Enrico Pepe, 7-Luke Montebello, 8-Claudio Bonanni, 22-Cain Attard, 23-Bismark Ngissah (21-Ryan Scicluna 73’), 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Agiurre, 30-Kilian Bevis (10-Paul Mbong 77’), 70-Jeferson Macedo (2-Enzo Ruiz 89’), 77-Diego Venancio. – Coach: Andre Paus
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Roberto Vella
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: L. Montebello 24, 83, C. Attard 48 (B); F. Apap 48, H. Oliveira 79 (H)
AMMONITI: D. Venancio, C. Bonanni (B); A. Agius, L. Almeida, D. Vella, G. Izquier (H)