Sunday, October 27, 2024

Hibernians iżommu l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

Valletta ………1

Hibernians ….4

Goal kmieni witta t-triq għal Hibernians biex kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 fuq Valletta u b’hekk żammew il-vantaġġ ta’ erba’ punti fuq Floriana. Min-naħa l-oħra Val­letta komplew jiddiżappuntaw meta sofrew is-sitt tel­fa fl-aħħar seba’ logħbiet.

Wara biss żewġ minuti  Hibernians fetħu l-iskor meta cross ta’ Thaylor mil-lemin ġie mxellef minn Guarnone u HUGO FILIPE DA COSTA OLIVEIRA tefa’ ġewwa minn pożizzjoni ċentrali.

Valletta rrispondew fis-17-il minuta, b’azzjoni tajba bejn Pena Beltre u Rowen Muscat fuq il-lemin b’dan tal-aħħar iqassam lejn Fontanella li kellu x-xutt jgħaddilu ftit barra.

Fil-25 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Triston Caruana, wara cross ta’ Ivan Curjuric, ġiet salvata minn Matthew Calleja Cre­mona.

Fis-27 minuta, il-Pawlisti rduppjaw meta JURGEN DEGABRIELE daħal fil-kaxxa u wara li dar ma’ Jean Borg, għeleb lil Alessandro Guarnone b’xutt mill-isbaħ li spiċċa fir-rokna tax-xibka.

Fit-tielet minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Curjuric impenja lil Calleja Cremona bi free-kick mill-isbaħ iżda l-goalkeeper Pawlist salva taj­jeb.

Erba’ minuti fit-tieni taqsima, Curjuric mar viċin b’xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit għoli. Tliet minuti wara, Fontanella laqat il-mimduda b’konklużjoni mill-viċin wara free-kick ta’ Curjuric.

Iżda fil-71 minuta kienu Hibernians li kabbru l-iskor meta s-sostitut Domoraud għadda l-ballun lejn JURGEN DEGABRIELE li daħal fil-kaxxa mil-lemin qabel għeleb lil Guarnone b’ xutt angolat.

Fit-78 minuta Valletta naq­qsu l-marġni meta minn cross ta’ Curjuric, is-sostitut KEVIN TULIMIERI antiċipa lil Calleja Cremona mill-viċin.

Madankollu minuta wara, Hibernians għamluhom 4-1 meta xutt b’saħħtu ta’ Apap ġie mblukkat minn Guarnone u s-sostitut WILFRIED DOMORAUD ixxuttja mill-viċin bil-ballun jolqot il-mimduda qabel jispiċċa ġewwa.

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 6-Triston Caruana, 8-Luis Carlos Murillo, 9-Haris Dilaver (92-Kevin Tulimieri 76), 10-Shaun Dimech (97-Lucas Campos 46), 14-Christian Gauci, 18-Enmy Pena Beltre, 20-Ivan Curjuric, 24-Rowen Muscat (17-Andrea Zammit 76), 89-Mario Fontanella  – Coach: Da­nilo Doncic

HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech (30-Alvaro Muniz Cegarra 68), 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella, 18-Thaylor Aldama (13-Zachary Grech 81’), 20-Andrei Agius (5-Matthew Ellul 81), 22-Gabriel Izquier Artiles, 42-Ali Diakite, 70-Hugo Filipe Da Costa Oli­veira (88-Wilfried Domoraud 68) – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Sultana

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: H. Oliveira 2, J. Degabriele 27, 71, W. Domoraud 79 (H); K. Tulimieri 78 (V)

AMMONITI: A. Diakite (H); R. Muscat (V)

Sport