Birkirkara ……..0
Hibernians …….2
Minn Cristian Muscat
Hibernians għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss kbir fit-tentattiv li jirbħu l-Ewwel Fażi hekk kif jistgħu jintlaħqu minn Floriana, bl-aħħar partita tkun proprju kontra l-Greens.
Din kienet partita speċjali għar-referee internazzjonali tal-FIFA, Trustin Farrugia Cann, hekk kif kienet il-200 waħda tiegħu fl-ogħla diviżjoni.
Kien biss fit-23 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Hibernians ikunu huma li joħoqlu l-periklu meta Federico Falcone kellu xutt mill-viċin jiġi salvat parzjalment mill-goalkeeper, Giacomo Volpe, biex mir-rebound Alfred Sils kellu l-konklużjoni tiġi mblukkata mid-difiża ta’ Birkirkara.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u żewġ minuti biss wara, fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jurgen Degabriele, RODRIGO FRAGA daħal bil-ġirja u minn taħt il-lasta sammar il-ballun fix- xibka.
Fit-63 minuta, il-Karkariżi resqu viċin meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Andrea Zammit, Alfred Silas, fit-tentattiv li jikklerja l-ballun kien kważi ikkommetta auto-goal iżda l-goalkeeper, Hugo Sacco, kien attent u b’riflessi mill-aqwa evita goal ċert.
Fl-74 minuta, il-Pawlisti reġgħu ħolqu l-periklu meta Degabriele għadda pass preċiż u intelligenti lejn is-sostitut Isaiah Chukunyere iżda Volpe ħareġ minn postu biex interċetta kull periklu, f’liema azzjoni Chukunyere deher li ġibed il-hamstring u kellu jinbidel minn Ayrton Attard.
Birkirkara rrispondew fit-80 minuta meta Leandro Lacunza xeħet cross lejn Manuel Morello li kellu xutt akrobatiku salvat f’corner minn Sacco.
Iżda kienu Hibernians li ssiġillaw ir-rebħa, fit-92 minuta, meta Kleiton għadda lejn ALEX BRUNO DE SOUZA SILVA li spara ġewwa, bil-ballun jaħbat mal-mimduda.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Manuel Ignacio Morello, 4-Mario Cordova (5-Agustin Sandona 46), 7-Shaun Dimech, 10-Andrea Zammit, 11-Kurt Zammit, 18-Seth Painstil (8-Paul Mbong 55), 24-Leandro Lacunza, 25-Neil Micallef (77-Maicon De Souza Da Silva 46), Alessandro Coppola, Gislain Yikpe – Coach: Stefano De Angelis
HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 4-Alfred Silas, 5-Kurt Shaw, 8-Rodrigo Khevin Fraga, 9-Natha Carvalho (17-Isaiah Chukunyere 65) (7-Ayrton Attard 77), 10-Jurgen Degabriele (2-Kleiton 77), 20-Federico Falcone (6-Lucas Caruana 71), 21-Alex Bruno De Souza Silva, 23-Matthew Ellul, 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Gabriel Higor Alves – Coach: Branko Nisevic
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: James Muscat, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: R. K. Fraga 25, A. Bruno De Souza Silva 92 (H)
AMMONITI: M. Cordova, A. Coppola (B), G. H. Alves, K. R. Fraga, A. Bruno De Souza Silva (H)